Il-futur tal-biedja f’ Malta: Ir-realtajiet tal-biedja organika u l-bilanċ mas-sostenibbilta’

Biedja Organika f' Malta

F’ era mmexxija mill-kuxjenza ambjentali, ir-realtajiet tal-biedja organika ta’ għada qed ikunu ċentrali fl-istrateġija tal-Unjoni Ewropea “Farm to Fork” . Din l-istrateġija tistabbilixxi miri ambizzjuż dwar l-allokazzjoni ta’ 25% tal-art agrikola għall-kultivazzjoni organika sal-2030. B’ riżultat ta’ din it-tendenza, Malta wkoll impenjat ruħha li tespandi s-settur organiku tagħha minn 0.6% biss, għal 5% fl-istess perjodu ta’ żmien.


Aqra l-artiklu bl-Ingliż


Ir-realtajiet tal-Biedja organika

Il-biedja organika, fil-qalba tagħha, tinkludi l-kultivazzjoni tal-ikel bl-użu ta’ sustanzi naturali, waqt li jiġu evitati fertilizzanti sintetiċi u pestiċidi. Minflok, din tiċċelebra metodi naturali bħar-rotazzjoni tal-ħxejjex, trobbija tal-bhejjem fil-beraħ, u l-ġestjoni integrata tal-organiżmi dannużi. L-attraenza ta’ dan l-approċċ huwa ovvju, iżda l-wieħed xorta għandu jagħmel skrutinju aktar profond.

Id-dilemma tar-rendiment

Il-qofol tal-kwistjoni jinsab fid-differenza fir-rendimenti. Tradizzjonalment, il-biedja organika trendi 70-80% inqas mill-biedja konvenzjonali. In-nuqqas ta’ fertilizzanti jwassal għal nuqqas ta’ nutrijenti jew żbilanċi, li jxekkel it-tkabbir tal-pjanti. Fl-istess ħin, in-nuqqas ta’ pestiċidi jamplifika l-isfidi għall-kontroll tal-organiżmi ta’ dannużi, li jirriżulta f’ żieda fil-ħsara lill-ħxejjex.

Spejjeż u perċezzjoni tal-konsumatur

Biex tingħalaq din id-differenza fir-rendiment hemm prezz, u hawnhekk huwa fejn nibdew niffaċċjaw ir-realtajiet tal-biedja organika; normalment il-prodotti organiċi jġibu magħhom dazju ta’ 20%. Madankollu, l-għarfien tas-suq juri realta’ qawwija – 14% biss tal-konsumaturi huma lesti li jħallsu dazju li jaqbeż l-10%, bil-biċċa l-kbira tal-konsumaturi Ewropej jaċċettaw dazju ta’ 5%. L-approċċ proattiv ta’ Malta jinvolvi l-inċentivizzazzjoni tal-installazzjoni tal-pannelli solari fuq is-serer biex jiżdied id-dħul għall-produtturi organiċi, u b’ hekk jikkumpensaw għall-ispejjeż.

Tħassib dwar is-saħħa u l-ambjent

Sostenituri tal-agrikoltura organika jisħqu fuq il-benefiċċji tas-saħħa tagħha minħabba n-nuqqas ta’ pestiċidi u antibijotiċi. Madankollu, ir-realta’ tikxef stampa mċajpra. Filwaqt li l-pestiċidi moderni jiddegradaw malajr, u jnaqqsu r-riskji għas-saħħa perċepiti, l-alternattivi naturalo għandom il-limitazzjonijiet tagħhom ukoll.

Fil-fatt, filwaqt li l-biedja organika għandha impatt iżgħar fuq l-ambjent u bijodiversita, id-domanda għola għall-art agrikola biex tlaħħaq mal-produzzjoni tal-agrikoltura konvenzjonali tista’ tiskatta riperkussjonijiet globali. Fosthom hemm l-intesifikazzjoni tad-deforestazzjoni minħabba l-bżonn li l-artijiet agrikoli jiġu estiżi.

Il-komplessita’ tas-sostenibbilta’

Studju illuminanti tal-2003 li jikkumpara l-produzzjoni tal-ħalib organiku u dak konvenzjonali jiżvela l-kumplessitajiet tad-dibattitu. Għalkemm il-produzzjoni tal-ħalib organiku tikseb punteġġ favorevoli fejn jidħol l-użu tal-enerġija, hemm nuqqasijiet fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull kilogramma ta’ ħalib.

Ir-realtajiet tal-biedja organika ġew esposti fil-bidliet li seħħew fis-Sri Lanka fl-2019. Dan enfasizza l-kumplessita’ tad-dibattitu organiku. Projbizzjoni ġenerali fuq il-fertilizzanti sintetiċi u l-pestiċidi rriżultat fi tnaqqis drastiku fil-produzzjoni tar-ross u tat-te, li tefa’ nofs miljun persuna fil-faqar. Dan wassal għal treġġigħ lura tad-deċiżjonijiet għall-agrikoltura organika.

Dan l-episodju tas-Sri Lanka jenfasizza li l-biedja organika mhijiex soluzzjoni waħda li tgħodd għal kulħadd. It-tħaddin ta’ metodi alternattivi bħall-idroponika f’ mudell komprensiv ta’ agrikoltura sostenibbli jistħoqqlu kunsiderazzjoni serja.

Ħsibijiet konklużivi dwar ir-realtajiet tal-biedja organika

Hekk kif l-UE u Malta jfasslu t-trajettorji tagħhom dwar il-biedja organika, id-diskors qed ixaqleb lejn approċċ bilanċjat. Tajjeb li wieħed jirrikonoxxi l-merti tal-biedja organika, mingħajr ma jinsa l-limitazzjonijiet tagħha. It-tfittxija għas-sostenibbilta’ ma titlobx triq waħda,iżda mużajk ta’ metodi li jżewġu r-reżiljenza agrikola, il-vijabilita’ ekonomika, u t-tmexxija ambjentali. Il-biedja organika hija komponent ċentrali, iżda l-integrazzjoni tagħha f’ qafas olistiku tibqa’ ċ-ċavetta għal futur agrikolu sostenibbli.

Leave a Reply

Your email address will not be published.